Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: Jumejn qabel Malta vs Azerbaijan
Nov 15, 2014
Posted in:

Mark Attard, Media Officer, Tim Nazzjonali ta' Taħt il-21 sena

 

Mil-lejla, it-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ Silvio Vella, inġabar f'lukanda fin-naħa ta' fuq ta' Malta, jumejn qabel il-partita ta' ħbiberija tal-Ħadd li ġej kontra l-Azerbaijan li se tintlagħab fit-3.00pm, fil-Hibernians Stadium, f'Kordin.

 

It-tim nazzjonali kellu sessjoni ta' taħriġ fis-6.00pm fejn Silvio Vella u l-assistent tiegħu Ronald Vella ħadmu ħafna fuq it-tattika u t-teknika tal-plejers b'diversi diskorsi mal-plajers, kultant anki individwali.

 

Immedjatament wara s-sessjoni ta' taħriġ, it-tim nazzjonali nġabar f'daqqa biex għada tkompli t-tieni ġurnata ta' taħriġ bħala grupp wieħed qabel il-partita tal-Ħadd.

 

Filgħodu ssir il-konferenza stampa li għaliha, minbarra Silvio Vella, beħsiebhom jitkellmu mal-media lokali Daniel Zerafa u Llywelyn Cremona, biex imbagħad wara ssir il-laqgħa personali bejn il-kowċ u l-plejers. It-tim nazzjonali għada jitħarreġ fl-4.00pm fit-training grounds ta' Ta' Qali.

 

Il-partita tal-Hadd se tkun l-ewwel waħda ta' Silvio Vella bħala kowċ ta' tim prattikament ġdid li qiegħed iħejji għall-fażi tal-Grupp ta' Kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej li jmiss, wara l-poloz li se jitilgħu fi Frar li ġej.

 

Il-partita hi wkoll l-ewwel waħda għal Ryan Camenzuli bħala l-captain il-ġdid ta' din l-iskwadra. 


Official Sponsors
Commercial Partners