Malta Football Association
NEWS:
L-aħħar taħriġ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena
Nov 15, 2014
Posted in:

Mark Attard, Media Officer, Tim Nazzjonali ta' Taħt il-21 sena

 

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena kellu l-aħħar sessjoni ta' taħriġ illum fl-4.00pm fit-training grounds tal-MFA f'Ta' Qali qabel il-partita ta' ħbiberija li se tintlagħab għada fit-3.00pm, fil-Hibernians Stadium, f'Kordin.


Is-sessjoni tal-lum damet siegħa u kwart fejn il-plejers komplew jaħdmu fuq it-tattika taħt il-gwida tal-kowċis Ronald Vella u Mark Buttigieg biex finalment, Silvio Vella seta' jkollu stampa ċara tal-ewwel ħdax li għada se jibdew din il-partita kontra l-Azerbaijan.

 

It-taħriġ deher enfasizzat l-aktar fuq il-pjan u l-forma tat-tim kemm fid-dipartiment offensiv u anki dak difensiv.

 

Għada filgħodu, dan is-sit iħabbar il-formazzjoni tal-ewwel ħdax li se jkunu qiegħdin jilagħbu din il-partita ta' ħbiberija.

Official Sponsors
Commercial Partners