Malta Football Association
NEWS:
Vella jħabbar il-formazzjoni
Nov 16, 2014
Posted in:
Ritratt: Domenic Aquilina. Daniel Zerafa, Silvio Vella u Lywelyn Cremona fil-konferenza stampa tal-bieraħ
Ritratt: Domenic Aquilina. Daniel Zerafa, Silvio Vella u Lywelyn Cremona fil-konferenza stampa tal-bieraħ

Silvio Vella, il-kowċ nazzjonali ta' taħt il-21 sena ħabbar il-formazzjoni tal-ewwel ħdax li se jkun qiegħed jibda l-partita tal-lum biha. L-ewwel skwadra tidher interessanti ħafna u tal-livell mixtieq.

 

Il-partita ta' ħbiberija tal-lum kontra l-Azerbaijan tibda fit-3.00pm u se tintlagħab fil-Hibernians Stadium. Il-kontinġent Malti jħalli l-lukanda fejn qiegħed alloġjat għal ħabta tas-1.00pm.

 

Id-dħul fl-Istadium hu mingħajr ħlas u l-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku Malti biex jiġi jagħti l-appoġġ lill-plejers tagħna.

 

Malta se tilgħab b'din il-formazzjoni:

 

Yenz Cini, Kane Attard, Emanuel Briffa, Daniel Zerafa (vice captain), Samir Arab, Llywelyn Cremona, Kyle Cesare, Johan Bezzina, Brandon Muscat, Ryan Camenzuli (captain), Luke Montebello


Official Sponsors
Commercial Partners