Malta Football Association
NEWS:
Wirja kbira u l-ewwel punt għal Malta
Nov 17, 2014
Posted in:
Photos: Paul Zammit Cutajar
Photos: Paul Zammit Cutajar

  • Photos: Paul Zammit Cutajar

It-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Pietro Ghedin kellu wirja kbira meta lbieraħ lagħab ir-raba' partita minn Grupp H ta' Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej u spiċċaha fi draw ta' 1-1 kontra l-Bulgarija, f'Sofia.

 

B'hekk kien it-tim nazzjonali ta' Ghedin li ħa l-unuri kollha meta fid-90 minuta nstemgħet is-suffara finali li ħalla lill-Bulgari b'erba' punti f'dan il-Grupp u tella' lil Malta fil-ħames post qabel l-Azerbaijan b'punt.

 

It-tim nazzjonali kellu bidu mill-iktar sfortunat meta sofra gowl wara ħames minuti logħob minn pożizzjoni ċara ta' offside u wisq probabbli foul ta' Galabinov fuq Hogg qabel ma tefa' fix-xibka.

 

Madankollu l-Maltin żammew kalmi. Ghedin deher jagħti xi struzzjonijiet minn fuq il-bank li minkejja l-ħasda kmieni ġabu trankwillita' u raw lil Malta taqsam il-logħob mal-avversarji. 

 

Fl-ewwewl azzjoni tat-tieni taqsima, l-Maltin ġabu d-draw meta Terziev waqqa' lil Farrugia fil-kaxxa u r-referee kien pront ordna penalty. Mill-11-il metru Failla spara l-ballun fis-saqaf tar-rokna tax-xibka u għamel l-iskor indaqs.

 

Il-pussess tal-ballun kompla jkun maqsum bejn iż-żewġ naħat, bil-Maltin li kienu qed ikomplu fuq il-konsistenza tal-ewwel taqsima b'ħafna plejers li dehru jagħmlu l-isforzi kollha possibbli sakemm fis-76 minuta ssugrajna bil-kbir meta Muscat waqqa' fil-kaxxa lil Iliev. Ir-referee ordna penalty ieħor iżda Popov mill-11-il metru spara ferm għoli.

 

Il-BUlgari dehru maħsuda. Ftit kien fadal ħin biex jiskuraw il-gowl tar-rebħa u tat-tliet punti. L-iżbalja tal-għaġla komplew jiżdiedu mentri l-Maltin żammew kalmi sal-aħħar sekonda.

 

Is-suffara finali ġabet magħha ferħ kbir mill-kontinġent Malti li għal darb'oħra kien protagonist f'wirja mill-aqwa biex ilkoll flimkien ġabu l-ewwel punt għal Malta.

 

Il-ġurnata tal-bieraħ tibqa' titqies bħala waħda mill-isbaħ għall-futbol Malti biż-żewġ draws li akkwistaw it-timijiet nazzjonali f'Sofia, u bid-draw home kontra l-Azerbaijan bi skor ta' 0-0 li akkwista t-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena f'partita ta' ħbiberija li ntlagħbet iktar kmieni wara nofsinhar fil-Hibernians Stadium, f'Kordin.

 

Il-klassifika ta' Grupp H issa qiegħda hekk:

 

 

Group H

  P Pts
Croatia Kroazja 4 10
Italy Italja 4 10
Norway Norveġja 4 9
Bulgaria Bulgarija 4 4
Malta Malta 4 1
Azerbaijan Azerbaijan 4 0

Il-formazzjonijiet u d-dettalji tat-timijiet kienu dawn:

 

 

Bulgaria

Bulgarija

Malta

Malta

1 Stoyanov (GK) 1 Hogg (GK)
4 Terziev 2 Caruana
89
5 Bodurov 4 P. Fenech
90+4
7 Alexandrov 5 Agius
9 Popov (C)
76
7 Failla
49
77
81
11 Manolev 8 Briffa (C)
14 V. Minev
86
9 J. Farrugia
43
90+3
16 Galabinov
6
58
11 R. Muscat
17 G. Milanov
58
13 Schembri
78
21 Dyakov 17 R. Camilleri
22 G. Iliev
71
22 Z. Muscat

Sostituti

12 Mitrev (GK) 23 N. Vella (GK)
13 Mihaylov (GK) 12 Haber (GK)
2 S. Popov 3 Bezzina
81
3 Tunchev 6 R. Fenech
78
6 Y. Minev 10 Cohen
8 Gamakov 14 B. Farrugia
10 V. Hristov 15 Bugeja
15 Chochev 16 T. Vella
90+3
18 Marquinhos
58
18 Kristensen
19 Micanski
58
19 Grioli
20 Tonev
71
20 C. Borg
23 A. Aleksandrov 21  
Official Sponsors
Commercial Partners