Malta Football Association
NEWS:
Futsal: Wirja pożittiva u riżultat giddieb
Nov 30, 2014
Posted in:
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal fetaħ l-impenji tiegħu fir-raba' tournament internazzjonali li qiegħed isir f'pajjiżna b'telfa ta' 4-1 kontra l-qawwa tas-Serbja.

 

Iżda l-wirja tal-plejers Maltin kienet imfaħħra minn dawk kollha preżenti li f'dan it-tim immexxi minn Mark Marlow reġgħu raw tama u speranza li jista' jferraħ poplu sħiġ fil-ġejjieni.

 

Is-Serbja skurjaw tliet darbiet permezz ta' Kocic u dopjetta ta' Milosavac, sakemm Del Re għamel l-iskor 3-1 għall-Maltin. Fil-mument li stajna skurjajna t-tieni gowl tagħna wasal ir-raba' gowl tas-Serbja skurjat għal darb'oħra minn Kocic.

 

Illejla fis-6.30pm, fil-Paviljun ta' Kordin, tintlagħab il-partita bejn is-Serbja u Ġibilta', mentri għada fl-istess ħin u fl-istess post tintlagħab l-aħħar partita ta' dan it-tournament bejn Malta u Ġibilta'.

 

Id-dħul se jkun b'xejn u l-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku Malti jmur jagħti l-appoġġ lit-tim nazzjonali tagħna.


Official Sponsors
Commercial Partners