Malta Football Association
NEWS:
L-MFA torganizza l-festin tal-Milied
Dec 18, 2014
Posted in:
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

Mark Attard, Media Officer, MFA

 

Ilbieraħ filgħaxija, il-Malta Football Association, organizzat ill-festa annwali tagħha ta' żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena fejn fiha l-familja tal-futbol f'Malta tingħaqad b'mod rilassat għal ftit ħin biex kulħadd iwassal l-awgurju tiegħu lil xulxin.

 

Waqt din is-serata, Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, qal kelmtejn tal-okkażjoni fejn faħħar lil dawk kollha li b'xi mod kienu involuti fl-akbar avvenimenti fis-sena 2014, b'fuq quddiemnett it-tournament tal-UEFA Under 17 li sar f'Mejju li għadda. Darmanin Demajo qal li f'diskussjoni personali li kellu ma' Michel Platini, President tal-UEFA, intwera sodisfazzjon kbir għall-mod kif kollox kien organizzat perfett u xhieda ta' dan kien l-unur li l-MFA rebħet ftit tal-jiem ilu grazzi għall-kampanja "Reach Out", li attirat lejn l-istadiums tagħna aktar minn 42,000 spettatur.

 

Il-President tal-MFA żvela kif is-sena li waslet biex tibda se tkun oħra ta' sfidi kbar u l-ikbar sfida se tkun f'Settembru li ġej meta fuq xewqa ta' Platini, se jiġi f'Malta it-Top Executive Programme (TEP) tal-UEFA. 

"Dan ifisser li f'Malta se jkollna l-Eżekuttiv kollu tal-UEFA flimkien mal-Presidenti u s-Segretarji tal-Assoċjazzjonijiet kollha Ewropej u biex dan kollu jirnexxi kif suppost se nerġa' ndur fuq l-impjegati ħabbrieka li għandha l-Assoċjazzjoni biex jagħmlu sforz ieħor ħalli nerġgħu noħorġu bl-unuri kollha possibbli. Nemmen u kburi bil-kapaċitajiet tagħkom u m'għandix dubju li se jkollna suċċess ieħor."

 

Fl-aħħar tad-diskors tiegħu, Darmanin Demajo għamel preżentazzjoni lil Charles Scerri, President ta' Lija Athletics, għas-60 sena li ilu fil-futbol Malti. Darmanin Demajo preżentalu ingravata tal-UEFA u flokk tat-tim nazzjonali Malti bin-numru 60 u b'ismu fuq wara.

 

Preżenti wkoll għal dan il-festin kien hemm Chris Agius, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Innovazzjoni. 


Official Sponsors
Commercial Partners