Malta Football Association
NEWS:
Avviżi lill-klabbs, lill-media u lill-partitarji għall-partita Valletta vs Hibernians
May 11, 2012
Posted in:
General
BOV Premier League


 

Avviżi lill-klabbs, lill-media u lill-partitarji għall-partita Valletta vs Hibernians

 

 

 

 

 

Il-Malta Football Association tavża li s-setturi tal-Istadium Nazzjonali West A, West C u Millennium D se jkunu riservati għall-partitarji ta’Valletta FC biss.

 

Dawk kollha li għandhom fil-pussess tagħhom is-‘Season Complimentary Card’ ta’ Valletta FC, ‘Orange’ jew ‘White’ jistgħu jidħlu minn West C.

 

Ninfurmaw ukoll li dawk kollha li għandhom fil-pussess tagħhom is-‘Season Complimentary Card Orange’ ta’ klabb ieħor, ma jistgħux jidħlu minn West C.

 

It-Ticket Booths taż-żoni West A u Millennium D se jinfetħu b’mod normali qabel il-partita fin-12:30 pm.

 

Il-partitarji ta’ Hibernians FC se jkollhom iż-żona Millennium F riservata għalihom. It-Ticket Booths għal din iż-żona se jinfetħu b’mod normali qabel il-partita fin-12:30 pm.

 

L-MFA titlob lill-partitarji kollha li se jattendu għal din il-partita biex jikkopperaw u jimxu mal-istruzzjonijiet.

Official Sponsors
Commercial Partners