Malta Football Association
NEWS:
Ġemellaġ bejn il-Millennium Chapel u l-YFA
Jan 3, 2015
Posted in:

Il-Youth FA tirringrazzja lil dawk in-nurseries li kienu preżenti, għat-tnehdija tal-ġemellaġġ bejn il-Millennium Chapel u l-Youth FA, it-Tnejn 29 ta' Diċwmbru 2014.

 

Kienet okkażjoni sabiħa u storika fejn infetaħ proġett soċjali li minnu jistgħu jibbenefikaw in-nurseries bil-kolloborazzjoni tal-fondazzjoni Millennium Chapel u l-YFA.

 

Apparti l-għajuna volontarja minn persuni li jkunu f'pajjiżna fuq il-programm Leonardo tal-UE, jistgħu jibbenefikaw in-nurseries permezz ta’ għajnuna volontarja, kif ukoll b’tagħlim tal-kompjuter għat-tfal, u esperjenzi gewwa l-WOW b’konferenzi u talks dwar il-formazzjoni tal-karattru. In-nurseries huma fid-dover li jħarsu lejn kull plejer bħala persuna, u mhux bħala oġġett, fejn sfortunatament ħafna qed jinqabdu fuq din il-linja fejn il-qawwa tat-tim u s-suċċess tal-promozzjoni jew rebħ ta’ xi sezzjoni jiġu l-ewwel u qabel kollox. akkost ta’ kollox.

 

Id-diskors ta’ Fr Hilary kien wieħed b’messaġġ car lejn l-amministraturi tan-nurseries li jridu jmexxu b’serjeta’ n-nursery tagħhom, filwaqt li fil-messaġġ dirett lejn il-plejers preżenti, Fr. Hilary fisser, kif plejer tal-futbol jista’ jkun plejer tajjeb mingħajr ma jwarrab il valuri, u jirnexxilu jasal kemm fl-edukazzjoni u kemm fil karattru tiegħu.

 

L-Ecc. Tiegħu l-President Emeritus Dr. George Abela, saħaq kemm huma għal qalbu n-nurseries u l-Youth FA, fejn huwa kien wieħed mill-fundaturi ‘l-fuq minn tletin sena ilu. Dr Abela għamel aċċen fuq kif kulħadd għandu jaħdem f’tim, biex jasal, filwaqt li wissa lill=plejers, biex ma jaqgħux f’xi nasba li toffri l-ħajja tal-lum, fejn il-valuri mhux qed jingħataw l-importanza tagħhom.

 

Preżenti kien hemm ukoll diversi ġenituri ta’ plejers, kif ukoll is-Segretarju Generali tal-MFA is-sur Bjorn Vassallo u s-sur Robert Gatt, Direttur Tekniku taċ-Ċentru Tekniku f’Ta’ Qali fejn dawn ukoll kellhom kliem ta’ tifħir għal dan il-proġett.

 

Minn dan il-proġett ser jibdew jibbenefikaw in-nurseries tal-Youth FA b’ewwel preferenza tkun lejn dawn in-nurseries, Pieta, Luxol, Hamrun, Lija/Iklin, Mtarfa, Ghaxaq, Dingli, Hibs, Pembroke u Safi, li kienu preżenti waqt il-launch.


Official Sponsors
Commercial Partners