Malta Football Association
NEWS:
Isir il-festin annwali għall-media u l-isponsors
Jan 7, 2015
Posted in:
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

Illum wara nofsinhar, il-Malta Football Association organizzat il-festin annwali għall-membri tagħha tal-media u l-isponsors fejn fih attendew anki l-ogħla uffiċjali tal-Assoċjazzjoni.

 

F’atmosfera familjari, membri tal-media lokali kif ukoll persuni li ġejjin mill-oqsma kollha tal-ħajja u li matul is-sena jaħdmu mal-MFA, għaddew sagħtejn flimkien fejn wisq probabbli kulħadd qasam l-esperjenzi ta’ sena sħiħa li għaddiet mal-isfidi l-ġodda li jridu jiġu ffaċċjati f’din is-sena.

 

Norman Darmanin Demajo, f’kelmtejn tal-okkażjoni, irringrazzja lil dawk kollha preżenti li matul is-sena jagħtu l-kontribut tagħhom għall-ġid tal-futbol Malti. Il-President tal-MFA appella lill-media lokali biex ilkoll jaħdmu id’f’id u bħalma llum f’Malta għanda ‘Football Awards’ wieħed organizzat mill-MFA għax intlaħaq ftehim bejnha u bejn l-eks-organizzaturi, hekk ukoll għandu jsir bejn it-tliet stazzjonijiet li jagħmlu t-tliet programmi sportivi tal-ġimgħa.

 

“Nixtieq kieku nara ftehim bejn it-tliet stazzjonijiet biex il-programmi sportivi tagħhom ma jkunux fl-istess ħin. Jien inħobb narahom kollha u nixtieq narahom it-tlieta kull ġimgħa. Iżda għandi problema għax tnejn minnhom ikun fl-istess ħin. Nemmen li xi ħaġa bħal din tista’ tiġi rranġata,” qal Darmanin Demajo.


Official Sponsors
Commercial Partners