Malta Football Association
NEWS:
Futsal: Marlow isejjaħ l-iskwadra finali
Jan 9, 2015
Posted in:
Ritratt: Domenic Aquilina
Ritratt: Domenic Aquilina

Mark Attard, Media Officer, Tim Nazzjonali Malti

 

Proprju dalgħodu, Mark Marlow, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal, għamel uffiċjali l-lista finali tal-plejers Maltin li sejjaħ għall-UEFA Futsal EURO 2015 tournament, li se jintlagħab il-ġimgħa d-dieħla f'pajjiżna, bejn l-14 u s-17 ta' Jannar 2015, fil-Padilljun ta' Hibernians, f'Kordin.

 

Malta se tkun qiegħda tilgħab partiti ta' kwalifikazzjoni minn Grupp E kontra l-Ingilterra, l-Andorra u l-Latvja u d-dħul fil-padiljun għal dawn il-partiti se jkun mingħajr ħlas.

 

Marlow jagħti l-aħħar tagħrif u informazzjoni f'konferenza stampa miftuħa għall-media lokali, fit-13 ta' Jannar, ġurnata qabel l-ewwel partita kontra l-Ingilterra.

 

L-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku sportiv Malti biex jattendi u jagħti l-appoġġ tiegħu lit-tim nazzjonali Malti.


L-iskwadra finali tal-plejers li sejjaħ Mark Marlow hi:

 

 

1

Matthew Mifsud

Valletta Futsal

 

2

Jason Gauci

Lija Futsal

 

3

Andrea Farugia

Naxxar Futsal

 

4

Dale Camilleri

Luxol Futsal

 

5

Jovica Milijic

Hamrun Futsal

 

6

Giancarlo Sammut

Balzan Futsal

 

7

Nicola Del Re

Balzan Futsal

 

8

Melvin Borg

Valletta Futsal

 

9

Mark Zammit

Balzan Futsal

 

10

Chris Cardona

Hamrun Futsal

 

11

Matteo Desira Buttigieg

Luxol Futsal

 

12

Nicholas Farrugia

Balzan Futsal

 

13

Luke Stivala

Gzira Futsal

 

14

Xavier Saliba

Valletta Futsal

 

 

TECHNICAL STAFF

No

Name

Position

 

1

Mark Marlow

Head Coach

 

2

John Mizzi

Team Manager

 

3

Zeljko Anicic

Assistant Coach

 

4

Leandros Calleja

Physiotherapist / Trainer

 

5

Dr. Matthew Psaila

Team Doctor

 

6

Aaron Ancilleri

Masseur

 

7

Mark Sammut

Kit Manager

 

Official Sponsors
Commercial Partners