Malta Football Association
NEWS:
Futsal: It-tim nazzjonali Malti jingħaqad
Jan 12, 2015
Posted in:
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

Mark Attard, media officer, Tim Nazzjonali Malti tal-futsal

 

Mil-lejla, it-tim nazzjonali Malti tal-futsal immexxi mill-kowċ nazzjonali Mark Marlow, inġabar f'waħda mil-lukandi fin-naħa ta' fuq ta' Malta, bi preparazzjoni għat-tliet partiti mir-Rawnd Preliminari ta' Grupp E.

 

Malta tilgħab l-ewwel partita l-Erbgħa 14 ta' Jannar fis-7.30pm kontra l-Ingilterra. It-tieni partita tintlagħab il-Ħamis fl-istess ħin kontra l-Andorra mentri l-aħħar partita minn dan il-Grupp tintlagħab is-Sibt fis-6.30pm kontra l-Latvja. Il-partiti kollha jintlagħbu fil-Padiljun ta' Kordin u d-dħul għall-pubbliku se jkun mingħajr ħlas.

 

Qabel il-partiti ta' Malta, tintlagħab partita oħra bejn iż-żewġ pajjiżi l-oħra dejjem fl-istess Padiljun ta' Kordin. L-Erbgħa fil-5.00pm jilagħbu l-Latvja kontra l-Andorra mentri l-Ħamis fl-istess ħin tintlagħab; Ingilterra kontra Latvja. Is-Sibt fl-4.00pm l-Andorra jilagħbu kontra l-Ingilterra.

 

Għada filgħodu, Mark Marlow u żewġ plejers nazzjonali se jitkellmu f'konferenza stampa mal-media lokali, ġurnata qabel l-ewwel partita minn dan it-tournament. It-tim nazzjonali Malti jkollu sessjoni ta' taħriġ bejn is-7.00pm u t-8.00pm. Lura fil-lukanda, Marlow ħejja laqgħa organizzattiva mal-plejers, ftit sigħat qabel l-ewwel konfront.

 

Il-pubbliku Malti mħeġġeġ jattendi għal dawn il-partiti u jagħti l-appoġġ tiegħu lit-tim nazzjonali Malti.

 

Intant, l-iskwadra msejħa minn Marlow għal dawn il-partiti hi:

 

 

Matthew Mifsud

Valletta Futsal

Jason Gauci

Lija Futsal

Andrea Farugia

Naxxar Futsal

Dale Camilleri

Luxol Futsal

Jovica Milijic

Hamrun Futsal

Giancarlo Sammut

Balzan Futsal

Nicola Del Re

Balzan Futsal

Melvin Borg

Valletta Futsal

Mark Zammit

Balzan Futsal

Chris Cardona

Hamrun Futsal

Matteo Desira Buttigieg

Luxol Futsal

Nicholas Farrugia

Balzan Futsal

Luke Stivala

Gzira Futsal

Xavier Saliba

Valletta Futsal


Official Sponsors
Commercial Partners