Malta Football Association
NEWS:
Futsal: It-tim nazzjonali Malti lura għat-taħriġ
Jan 16, 2015
Posted in:

Mark Attard, Media Officer, Tim Nazzjonali Malti tal-futsal

 

Wara l-wirja diżappuntanti tal-bieraħ, l-ebda ġurnata ta' mistrieħ għat-tim nazzjonali Malti tal-futsal immexxi minn Mark Marlow.

 

Sessjoni ta' gym u fitness matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu u sessjoni oħra li qiegħda ssir bħalissa u li waslet biex tintemm.

 

Is-sessjoni tal-lejla kienet ibbażata fuq it-teknika tal-plejers tant li t-tim nazzjonali nqasam f'partijiet u saru partiti ta' ħbiberija tal-beach volley, li magħhom ingħaqdu wkoll l-istaff tekniku tat-tim nazzjonali.

 

Għada, it-tim nazzjonali Malti, se jkollu jgħaddi mingħajr is-servizzi tal-plejer Nicky Del Re, li qam indispost u se jkollu jistrieħ fuq ordni ta' Dr Matthew Psaila, it-tabib tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal.

 

It-tim nazzjonali Malti jilgħab l-aħħar partita minn Grupp E tal-Preliminari tal-UEFA Futsal għada fis-6.00pm, fil-Padiljun ta' Kordin. Qabel din il-partita tintlagħab ukoll Andorra kontra Ingilterra fl-4.30pm.


Official Sponsors
Commercial Partners