Archives

Futsal: Malta 0 vs Latvja 8

Published: 17-01-2015 21:10
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
Mark Attard, Media Officer, Tim Nazzjonali Malti tal-futsal It-tim nazzjonali Malti tal-futsal sofra telfa oħra fl-aħħar ħarġa tiegħu minn Grupp E tar-Rawnd Preliminari tal-kompetizzjoni EURO Futsal kontra l-qawwa tat-tim tal-Latvja bi skor ta' 8-0. B'hekk issa sar magħruf li l-Latvja hu t-tim li kkwalifika minn dan il-Grupp b'total ta' 7 punti, l-istess daqs l-Ingilterra iżda b'vantaġġ aħjar ta' gowls favurihom. Il-Latvja ma riedux biss rebħa, iżda rebħa b'differenza ta' erba' gowls jew aktar. U rnexxilhom jagħmlu dawn l-erba' gowls f'żewġ minuti u ftit sekondi mill-ftuħ tal-partita permezz ta' Sens wara 26 sekonda, Aleksejevs wara 42 sekonda, Dacko wara minuta u 45 sekonda u Avenesovs wara zewg munuti u 10 sekondi.  Il-Maltin inħasdu. Kienet 'blackout' li ftit stennewha. Il-Latvja naqsu xi ftit ir-rittmu iżda xorta baqgħu fil-kontroll totali tal-logħba. Qabel tmiem l-ewwel taqsima huma żiedu tnejn oħra permezz ta' Jerofejevs. It-tieni taqsima kompliet tara lil Latvja fil-pussess kontinwu tal-ballun. Il-Maltin ħolqu xi ċansijiet minn żewġ xuttijiet li ħabtu mal-lasti iżda l-avversarji reġgħu kabru l-iskor mal-ewwel attentat serju lejn il-lasti tagħna. Kien Sustrovs u Aleksejevs li skurjaw darb'oħra kull wieħed lejn l-aħħar tal-partita u għamlu l-iskor finali 8-0. Intant, fil-partita li ntlagħbet qabilha, l-Ingilterra għelbet lill-Andorra bi skor ta' 3-2.