Malta Football Association
NEWS:
FA Trophy: Jittellgħu l-poloz tal-Kwarti Finali
Jan 23, 2015
Posted in:
General
Cups & Competitions

Dalgħodu, fis-sala tas-Centenary Stadium f'Ta' Qali, ittellgħu l-poloz tal-Kwarti Finali tal-FA Trophy sponsorjata minn Attian Group.

 

Valletta FC, ir-rebbieħa tal-istaġun li għadda ta' din il-kompetizzjoni ittellgħu kontra Mosta FC mentri Hibernians FC, il-leaders preżenti tal-kampjonat BOV Premier, telgħu f'polza kontra Balzan FC.

 

Iż-żewġ partiti l-oħra se jkunu Birkirkara FC kontra Pieta' Hotspurs FC u Qormi FC kontra Sirens FC.

 

Id-dati, l-istadia  u l-ħinijiet meta se jintlagħbu dawn il-partiti jinħarġu aktar tard mill-MFA.


Official Sponsors
Commercial Partners