Archives

Il-Kampjonat BOV Premier – Match Day 20

Published: 25-01-2015 10:55
image1 (102)
Il-Malta Football Association tavża li l-partiti mill-Kampjonat BOV Premier li kellhom isiru llum fil-Hibernians Stadium f’Kordin tħassru minħabba l-maltemp li għamel f’pajjiżna matul il-lejl. Minflok, l-istess partiti se jintlagħbu t-Tlieta 27 ta’ Jannar 2015. Tarxien Rainbows FC vs Qormi FC tintlagħab fis-6.00pm mentri Zebbug Rangers kontra Pieta’ Hotspurs tintlagħab fit-8.15pm. Il-partiti l-oħra tal-Kampjonat BOV Premier li kienu skjedati llum fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun se jsiru kif ippjanat. L-MFA tiskuża ruħa għal kull inkonvenjent.