Malta Football Association
NEWS:
Franco Cachia jirreffja fil-Moldova
Jan 27, 2015
Posted in:
General
Referees News

 

Franco Cachia kien wieħed mir-referees internazzjonali tal-Futsalappuntati mill-UEFA f’tournament fil-Moldova fil-fażi preliminari tal-FUTEURO 2016.


 

Dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni kien kompost mill-Albanija, Franza, San Marino u l-pajjiżospitu, il-Moldova.  Il-partiti bejn l-14 u s-17 ta’ Jannar 2015 intlagħbu fl-FMF Arena,f’Ciorescu.

 

Franco Cachia kien l-ewwel refereefil-partiti Franza – San Marino (5-1) u Albanija – Franza (2-5).  Hu ħalla impressjoni tant tajba, li kien appuntat mill-UEFA bħala t-tieni refereefil-partita deċiżiva għar-rebħtal-grupp bejn Franza u l-Moldova (4-2).

 

Ir-referees l-oħrajn f’dan it-tournament kienu Ivan Shabanov (Russja), Arsen Nonikashvili (Gorgja) u Vladan Radulovic (Serbja).  Maxim Plesca (Moldova) kien appuntat bħala timekeeper.

 

Stefan Weber (Germanja) u Simeon Tsolakidis (Grecja) kienu l-Observer u d-Delegat tal-UEFA rispettivament.

 

Sadanittant, fl-istess perjodu fil-Padiljun ta’ Kordin intlagħbu partiti mill-istess kompetizzjoni bejn Malta, Andorra, l-Ingilterra u l-Latvja, li għalihom id-Dipartiment tal-MFA appunta lil Robert Darmanin u Jonathan Mallia bħala timekeepers.

Official Sponsors
Commercial Partners