Malta Football Association
NEWS:
“CHASING A DREAM” - Seminar għar-referees promettenti
Jan 29, 2015
Posted in:
General
Referees News
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

 

Waħda mill-inizjattivi ġodda li nieda d-Dipartiment tar-Refereeing tal-MFA fl-aħħar snin huwa l-progett Talent and Mentor, li jipprepara referees u assistenti referees promettenti fil-mixja tagħhom li jilħqu l-ogħla livell fil-futbol Malti u internazzjonali.


 

Dan il-proġett jikkonsisti fi programm speċjalizzat li jdum sentejn, fejn numru zgħir ta’ referees ikollhom mentor li jsegwihom mill-qrib mill-aspett tekniku u joffrilhom l-appoġġ kollu meħtieg biex itejbu l-ħiliet tagħhom bħala uffiċjali tal-logħba.

 

Bejn is-16 u s-17 ta’ Jannar 2015, fis-Sala tal-Konferenzi tad-Dipartiment tar-Refereeing f’Ta’ Qali, ħames referees u żewġ assistenti referees ipparteċipaw flimkien mal-mentors tagħhom f’seminar li kellu t-tema “Chasing a Dream”.  Il-parteċipanti kienu r-referees Emanuel Grech u Darryl Agius mal-mentor tagħhom Gaetano De Gabriele, ir-referees Ishmael Barbara, Elvio Degabriele u Alex Johnson mal-mentor tagħhom Alexander Spiteri u l-assistenti referees Jurgen Spiteri u David Castillo mal-mentor tagħhom Philip Agius.

 

Wara Victor Mintoff, il-koordinatur ta’ dan il-proġett, fetaħis-seminar billi fakkar l-objettivi ta’ dan il-programm u d-Direttur tar-Refereeing Adrian Casha tkellem dwar it-tifsira tat-tema magħzula, Alexander Arena għamel preżentazzjoni siewja dwar il-personalita’ li għandu jkollu uffiċjal tal-logħba. Ir-referee internazzjonali Alan Mario Sant kien mistieden ikellem lill-parteċipanti dwar il-ħolma sabiħa li ssir referee internazzjonali, filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ Ronald Zammit kienet dwar il-preparazzjoni fiżika.

 

Il-qofol tas-seminar kien l-analiżi dettaljata tal-partiti kkontrollati mill-parteċipanti nfushom il-ġimgħa ta’ qabel u li ġew iffilmjati mill-cameraman tal-MFA Mario Pisani.  Adrian Casha u Philip Agius mexxew l-analiżi tal-partiti Birzebbuġa St Peter’s – Gudja United (1-3), Zejtun Corinthians - Zabbar St Patrick (1-0) u Mdina Knights – Santa Lucia (0-2).

 

Matul is-seminar il-parteċipanti kellhom ukoll l-opportunita’ li jiddiskutu mal-mentors tagħhom fiex waslu l-objettivi tagħhom dan l-istaġun, kif ukoll l-aspetti pożittivi u t-titjib meħtieg fir-refereeing tagħhom.

Official Sponsors
Commercial Partners