Malta Football Association
NEWS:
Il-membri tal-Kunsill mistiedna jżuru l-Millennium Physiotherapy Clinic
Jan 30, 2015
Posted in:
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

 

Il-membri tal-Kunsill tal-Malta Football Association, illum wara nofsinhar kienu mistiedna jżuru l-Millennium Physiotherapy Clinic l-ġdida tal-Assoċjazzjoni li se tibda topera mit-Tnejn l-1 ta’ Frar 2015. Il-membri tal-Kunsill għamlu din il-viżita llum għal ħabta ta’ 12.00pm, ftit qabel ma bdiet il-laqgħa tal-Kunsill tal-MFA.


 

Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA, flimkien mat-Tabib David Attard, dawwar lill-membri tal-Kunsill madwar il-klinika u spjega fid-dettal il-funzjoni ta’ kull kamra.

 

“L-MFA ħasset il-bżonn li tinvesti wkoll fl-isport kollu u mhux biss fil-futbol. Għalhekk għamilna dan l-investiment kbir li sewa eluf ta’ ewro. Hawn hekk se jkunu jistgħu jużawh l-isportivi u dawk il-persuni li jkunu membri magħna, minbarra l-plejers lokali u nazzjonali ta’ Malta,” qal Vassallo.

 

Għal din l-istedina attendew numru sabiħ ta’ Membri tal-Kunsill li kollha apprezzaw il-fatt li l-klinika armata b’apparat modern u sofistikat ħafna.

 

Dr. David Attard wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-investiment u rringrazzja lil dawk kollha li għenu biex setgħet waslet il-ġurnata tal-ftuħ.

 

“M’hemmx dubju li issa ninsabu f’pożizzjoni li naħdmu aħjar milli konna qabel minħabba l-fatt li għandna kollox magħna taħt bini wieħed. Mill-ġimgħa d-dieħla se nibdew noperaw kif suppost. Ninsabu attrezzati bin-nies tagħna u jekk jiżdied ix-xogħol, l-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu hu li ndaħħlu lil ħaddieħor magħna,” qal Dr Attard.

 

Kin intemmu d-diskorsi, il-Membri tal-Kunsill imxew lejn is-sala tas-Centenary Stadium fejn hemmhek saret il-ħames laqgħa tal-Kunsill tal-MFA għal dan l-istaġun.

Official Sponsors
Commercial Partners