Malta Football Association
NEWS:
It-Teżi ta’ Antoine Dalli preżentat fil-Kunsill tal-MFA
Feb 2, 2015
Posted in:
Ritratt: MFA
Ritratt: MFA

 

Antoine Dalli, ġurnalist u kontributur f’diversi gazzetti lokali, ippreżenta t-Teżi tal-Universita’ li kiteb fil-ħames Kunsill tal-MFA li sar il-Ġimgħa 30 ta’ Jannar 2015.

 

Dalli ddedika it-Teżi tiegħu lill-futbol Malti u ta kopja ta’ dan it-Teżi lil Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, fil-ftuħ tal-Kunsill.

 

Dalli tfaħħar ħafna mill-Kunsilliera preżenti filwaqt li Darmanin Demajo faħħar l-inizzjattiva u l-ġest sabiħ tiegħu.

 

It-Teżi ta’ Dalli se jinżamm fil-librerija tal-MFA.


Official Sponsors
Commercial Partners