Archives

Pjan ta’ azzjoni nazzjonali kontra l-korruzzjoni fl-isport

Published: 13-02-2015 16:10
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
 Fl-ewwel laqgħa tat-Anti-Corruption and Transparency Experts’ Task-Force li saret dalgħodu fil-Grand Hotel Excelsior, il-Furjana, il-partijiet kollha, b’mod unanimu, qablu mal-bżonn li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport lokali tintensifika ruħha. Il-partijiet kollha kkommettew ruħhom biex jaderixxu ma’ pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-integrita’ fl-isport li għandu jwassal biex fi spazju ta’ ftit xhur isiru l-kambjamenti neċessarji fil-Liġijiet Kriminali tal-pajjiż, fir-regolamentazzjoni tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali, fil-poteri investigattivi mogħtija lill-Pulizija u fuq kollox fuq il-prevenzjoni permezz tal-edukazzjoni tat-tfal Maltin u Għawdxin.  It-Task-Force li hi komposta minn rappreżentanti tal-Malta Football Association, il-Ministeri tal-Intern u tal-Ġustizzja, is-Segretarjat Parlamentari tar-Riċerka u Innovazzjoni, Żgħażagħu Sport, il-Kelliema Ewlenin għall-Ġustizzja u għall-Isport f’isem l-Oppożizzjoni,  il-Korp tal-Pulizija, il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, il-Malta Gaming Authority u l-Kunsill Malti għall-Isport, qablet li dan il-pjan ta’ azzjoni għandu jiġi implimentat. Fid-diskors tal-ftuħtiegħu,Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA,saħaq kif il-komponenti kollha tat-Task-Force għandhom għal qalbhom l-isport u għalhekk kulħadd jaqbel li l-partijiet kollha għandhom jingħaqdu biex tinħoloq strateġija nazzjonali biex tipprevjeni il-manipulazzjoni tal-kompetizzjonijiet sportivi. Dan għax il-match-fixing, għalkemm hi sfida globali, hi sfortunatament problema tas-soċjeta’ tagħna. L-MFA minn dejjem kienet katalista u qed terġa’ tkun fuq quddiem biex tqajjem għarfien u teduka dwar is-suġġett. Il-Ministru tal-Intern, l-Onorevoli Carmelo Abela, tenna d-disponibbilta’ totali tal-Gvern biex isir dak kollu neċessarjubiex din il-problema ssir ħaġa tal-passat. Bħala bniedem li jħobb l-isport jixtieq jaħdem biex jara li r-riżultat ta’ kull partita’ jibqa’ inċert sat-tisfira finali li hu l-essenza tal-isport, temm jgħid il-Ministru. Min-naħa tiegħu is-Segretarju ParlamentariChris Agius, saħaq dwar l-importanza li l-forzi kollha tal-pajjiżjaġġornaw ruħhom fuq dan is-suġġett li m’għadux biss reat merament sportiv iżda reat kriminali internazzjonali fuq il-livell tat-traffikar tad-droga u l-ħasil tal-flus. David Agius, fl-intervent tiegħu, saħaq li l-Oppożizzjoni hi lestawkollli toffri d-disponibbilta’ totali kollha tagħha biex isir dak kollu neċessarju biex jikkumbatti dan ir-reat, bil-holqien ta’ qafas legali adegwat li jiggarantixxi l-integrita’ fl-isport. Dan kien ikkonfermat ukoll minn Jason Azzopardi li fil-messaġġtiegħu saħaq fuq il-bżonn li din it-task-force sservi ta’ front magħqud u komuni kontra għadu komuni. Hu kompla li ma nistgħux nibqgħu ngħixu gidba u nħallu lil min iqarraq bina. Għalhekk jeħtieg li tiġi adottata attitudni ta’ tolleranza żero mill-komponenti kollha biex jiħraxu l-pieni relatati mal-korruzzjoni fl-isport u anki li tiġi mposta l-piena ta’ priġunerija b’mod tassattiv. Waqt il-laqgħa tat-task-force, l-Integrity Officer tal-MFA, Franz Tabone elenka x-xogħol kollu li għamlet l-MFA mis-sena 2010 sal-lum, ’il-fuq minn 120 attivita’, u spjega li permezz tagħhom l-esponenti tal-MFA, bdew l-għarfien tagħhom fuq dan is-suġġett u llum saru esperti fil-qasam, tant li issa l-istess esponenti huma rikonoxxuti bħala tali mill-UEFA u korpi internazzjonali oħra. Il-Vici President tal-MFA, Dr. Chris Bonett, ippreżenta qafas tal-pjan ta’ azzjoni nazzjonali li għandu jwassal lill-partijiet biex jikkomettu l-entitajiet rappreżentati għal definizzjoni ċara ta’ match-fixing, ir-reviżjoni tal-liġijiet eżistenti u r-regoli sportivi bil-għan li jżidu l-pieni assoċjati mar-reat, il-ħolqien u promozzjoni ta’ programmi edukattivi għat-tfal. Dan il-qafas ġie approvat unanimament u l-partijiet se jiltaqgħu madwar xahar ieħor biex jikkonkludu dan il-pjan ta’ azzjoni biex jixxandar lill-pubbliku. Għal-laqgħa kien hemm ukoll l-attendenza u interventi minn Dr. Dominic Micallef, f’isem il-Malta Gaming Authority, Dr. Karen Zammit Southernwood, f’isem il-Kunsill Malti għall-Isport u s-sur Albert Mifsud, f’isem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.