Malta Football Association
NEWS:
Imut Joe Cassar Naudi
Feb 17, 2015
Posted in:
General
Referees News

Joe Cassar Naudi, eks-referee internazzjonali Malti u Membru Onorarju tal-Assoċjazzjoni, miet matul il-lejl li għadda fl-eta' ta' 89 sena.

 

Is-Sur Joe kien sar referee tal-MFA fl-1945. Fl-1955 inħatar President tal-Malta Football Referees Association, kariga li dam jokkupa sal-1974. 


 

Fl-1961 kien wieħed mill-ewwel tliet referees Maltin li ngħataw il-Badge tal-FIFA u l-ewwel referee Malti li rreffja partita kompetittiva tal-UEFA f'Panathinaikos, il-Greċja.

 

Irreffja ħames darbiet il-Finali tal-FA Trophy bejn l-1951 u l-1973. Għal hafna snin kien inkarigat mill-appuntamenti tar-referees u l-match inspectors, illum imsejħa referee observers.

 

Fl-1992 ingħata l-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika. 

 

Sal-istaġun 2013-2014 kien jokkupa l-kariga ta’ Deputy Chairman fir-Referees’ Committee.

 

Fi tmiem l-istaġun li għadda, l-MFA ippreżentat ‘The Outstanding Refereeing Services Award’ lis-Sur Cassar Naudi għas-snin twal ta’ servizz lis-settur tar-refereeing bejn l-1945 u l-2014.

 

Il-funeral tas-Sur Joe Cassar Naudi jsir il-Ħamis 19 ta’ Frar 2015 fil-Knisja Parrokkjali tal-Imsida, fis-2.30pm.

Official Sponsors
Commercial Partners