Malta Football Association
NEWS:
Jibda t-tielet rawnd tal-Kampjonat BOV Premier
Feb 20, 2015
Posted in:
General
BOV Premier League
photo (c) D. Aquilina
photo (c) D. Aquilina

Fi tmiem il-ġimgħa jibda t-tielet u l-aħħar rawnd tal-Kampjonat BOV Premier. Il-klassifika tara lil Hibernians FC b’vantaġġ li niżel għal 8 punti fuq Valletta FC u Birkirkara FC, issa li għat-tielet rawnd inqassmu l-punti.

 

Fin-naħa t’isfel tal-klassifika, Qormi FC u Zebbug Rangers FC jinsabu fil-qiegħ b’9 punti u żewġ punti qabilhom bi 11 insibu lil Naxxar Lions FC, Tarxien Rainbows FC U pieta’ Hotspurs FC. M’hemmx dubju li t-taqtiegħa għal min se jsalva postu mal-kbar u min se jkun relegat għada se tibda.

 

Għada, jintlagħbu erba’ logħbiet, tnejn fil-Hibernians Stadium u tnejn fil-Victor Tedesco Stadium. F’Kordin fis-2.00pm, Valletta FC jilagħbu kontra Zebbug Rangers u fl-4.00pm Sliema Wanderers FC jilagħbu kontra Tarxien Rainbows FC.

 

Fl-istess ħin fil-Ħamrun, Floriana FC jilagħbu kontra Pieta’ Hotspurs FC u Balzan FC jilagħbu kontra Mosta FC.

 

Il-Ħadd, fl-Istadium Nazzjonali, ikollna żewġ partiti oħra li jagħlqu t-23 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Fis-2.00pm, Birkirkara FC jilagħbu kontra Naxxar Lions FC filwaqt li fl-4.00pm, Hibernians FC jilagħbu kontra Qormi FC.


 

 

BOV Premier League  -  2nd Phase

 
 

 

 

P

W

D

L

GF

GA

Pts

 

1

Hibernians

22

19

3

0

68

13

30

 

2

Valletta

22

14

2

6

51

18

22

 

3

Birkirkara

22

13

4

5

41

22

22

 

4

Balzan

22

9

7

6

35

33

17

 

5

Floriana

22

7

8

7

38

41

15

 

6

Sliema Wanderers

22

7

6

9

27

31

14

 

7

Mosta

22

7

4

11

24

43

13

 

8

Naxxar Lions

22

5

7

10

26

34

11

 

9

Tarxien Rainbows

22

4

9

9

22

38

11

 

10

Pieta' Hotspurs

22

5

6

11

19

36

11

 

11

Zebbug Rangers

22

4

6

12

25

51

9

 

12

Qormi

22

4

6

12

22

38

9

 
Official Sponsors
Commercial Partners