Malta Football Association
NEWS:
Taħt id-19-il sena: It-tim nazzjonali għal Ruma
Mar 6, 2015
Posted in:

 

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, immexxi mill-kowċ nazzjonali Wayne Attard, il-Ħadd li ġej iħalli Malta f’titjira diretta lejn l-Italja, Ruma, fejn hemmhekk se jipparteċipa fir-Roma Caput Mundi Tournament mal-Albanija, l-Italja Nazzjonali Juvenile u l-Wales Colleges FA. 

 

Fit-tournament se jipparteċipaw tmien timijiet u fi Grupp B se jipparteċipaw CR Lazio, l-Ingilterra, il-Greċja u San Marino.


 

Malta tilgħab l-ewwel partita kontra l-Albanija t-Tnejn 9 ta’ Marzu fis-2.30pm fl-Andrea Caslini Stadium, f’Colleffero.

L-għada, 10 ta’ Frar, Malta tilgħab kontra s-selezzjoni Taljana fl-8 Settembre Stadium fi Frascati fis-2.30.

L-aħħar partita minn dan it-tournament tintlagħab il-Ħamis 12 ta’ Marzu kontra Wales fil-Montorli Stadium, f’Boville Emica, fis-2.30pm.

Il-finali ta’ dan it-tournament tintlagħab il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu fl-10.30am fl-Anco Marzo Stadium, f’Ostia.

It-tim nazzjonali Malti se jkun alloġġjat f’lukanda f’Fiuggi.

 

L-iskwadra sħiħa li sejjaħ Attard għal dan it-tournament hi:

Goalkeepers

Jamie Azzopardi (Rabat Ajax)

Timothy Aquilina (Sliema Wanderers)

Difensuri

Jean Borg (Valletta)

Nick Ghio (Gudja)

Carlos Grech (Hibernians)

Iousef Meli (Gzira)

Nicholas Pulis (Valletta)

Connor Zammit (Hibernians)

Midfielders

Myles Beerman (Floriana)

Juan Carlos Corbolan (Virtus Lanciano)

Jake Grech (Hamrun Spartans)

Matthew Guillaumier (St Andrews)

Michele Sansone (Sliema Wanderers)

Neil Tabone (Zejtun)

David Xuereb (Hibernians)

Attakkanti

Zachary Brincat (Mosta)

Joseph Mbong (Hibernians)

Aidan Jake Friggieri (Sliema Wanderers)

 

Il-kontinġent kollu li se jħalli Malta lejn Ruma mal-iskwadra hu:

Lolly Aquilina (Kap tad-Delegazzjoni)

Jesmond Abela (Team Manager)

Claudio Lucchini (Tournament Co-Ordinator)

Mark Buttigieg (Physical Trainer)

Charles Sciberras (Goalkeepers Coach)

Dr Daniel McKean (Team Doctor)

Adele Muscat (Team Psychologist)

Luke Musu’ (Fiżjoterapista)

Aaron Ancilleri (Masseur)

Paul Schembri (Kit Manager)

Official Sponsors
Commercial Partners