


It-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena flimkien mal-kontinġent sħiħ immexxi minn Lolly Aquilina, bħala Kap tad-Delegazzjoni u Jesmond Abela, bħala t-Team Manager, illum kellhom ġurnata ta' mistrieħ qabel għada jilagħbu t-tielet partita mir-Roma Caput Mundi Tournament f'Ruma kontra Wales.
L-amministraturi ta' dan it-tournament kellhom laqgħa ġewwa l-Campidoglio f'Ruma fejn kien hemm preżenti l-membri tal-korp diplomatiku ta' kull pajjiż parteċipant, l-Ambaxxaturi ta' kull pajjiż u awtoritajiet oħra.
L-iskwadra ta' Wayne Attard ġiet milqugħa mill-Eċċellenza Tagħha Vanessa Frazier, Ambaxxattriċi Maltija fl-Italja li sellmet lill-iskwadra Maltija u awguratilhom għall-futur.
