Malta Football Association
NEWS:
Taħt id-19-il sena: Wales 2 vs Malta 4
Mar 12, 2015
Posted in:

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena mmexxi minn Wayne Attard, kellu wirja oħra kbira meta fir-Roma Caput Mundi Tournament li qiegħed isir f'Ruma, irnexxielu jegħleb lil Wales bl-iskor ta' 4-2.

 

Il-gowl tal-Maltin ġew skurjati minn Neil Tabone, Joseph Mbong u Aiden Jake Friggieri.

 

It-tim nazzjonali Malti lagħab b'din il-formazzjoni:

 

Timothy Aquilina, Nicholas Pulis (Joseph Mbong), Myles Beerman, Matthew Guillaimier (Michele Sansone), Jean Borg, Aiden Jake Friggieri (Zachary Brincat), David Xuereb, Juan Corbolan, Justin Vella, Neil Tabone (Jake Grech), Carlos Grech

 

It-tim nazzjonali Malti spiċċa t-tieni fil-klassifika, b'sitt punti daqs it-Taljani, iżda mhux se jilgħab il-finali minħabba l-fatt li kellu differenza ta' gowl wieħed u għaldaqstant il-Grupp intrebaħ mill-Italja.

 

Fil-Grupp l-ieħor, Lazio spiċċaw fl-ewwel post, segwieti mill-Ingilterra, il-Greċja u San Marino.

 

B'hekk, il-finali tal-lum se tkun bejn Lazio u l-Italja LND


Official Sponsors
Commercial Partners