


It-tim nazzjonali Malti tan-nisa mmexxi minn Mark Gatt, kellu telfa minima kontra t-tim li qiegħed jospita l-Aphrodite Cup, Ċipru, bi skor ta' 2-1.
Il-gowl tal-Maltin kien skurjat minn penalty ta' Dorienne Theuma, li sa dak il-ħin kienet ġabet id-draw. Iżda l-Maltin sofrew gowl ieħor fit-tieni taqsima.
Wara r-rebħa tal-bieraħ, issa t-tim nazzjonali Malti jinsab fit-tieni post bi tliet punti, flimkien mal-Azerbaijan.
Il-formazzjoni li beda t-tim Malti biha hi:
Janice Xuereb, Gabriella Zahra (Claudette Xuereb), Yasmeen Vella (Rosalie Cauchi), Stephania Farrugia, Dorienne Theuma, Ylenia Carabott (Martina Borg), Rachel Cuschieri, Shona Zammit (Emma Xuereb), Jade Flask, Charlene Zammit, Brenda Borg
