Malta Football Association
NEWS:
Stqarrija tal-Kumitat Eżekuttiv
Mar 14, 2015
Posted in:

 

Il-Malta Football Association tavża li fil-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tat-13 ta’ Marzu2015, ġie deċiżli se jinħarġu akkużi fil-konfront tal-eks-Segretarju ta’ Nadur Youngsters FC, Anthony Sam Portelli u tal-plejer ta’ Xewkija Tigers FC, Peter Buttigieg, għall-allegat involviment tagħhom f’attentat ta’ korruzzjoni relatati mal-partita Nadur Youngsters FC vs Xewkija Tigers FC tas-7 ta’ Frar 2015. 


 

Illi, peress li Anthony Sam Portelli kien membru tal-kumitat u uffiċjal ta’ Nadur Youngsters FC fiż-żmien meta seħħew l-allegati fatti, se tinħareg akkuża fil-konfront tal-klabb ta’ Nadur Youngsters FC.

 

Illi, l-eks-Segretarju ta’ Nadur Youngsters FC, Anthony Sam Portelli, qiegħed jiġi sospiżtemporanjament minn kull attivita’ tal-futbol b’effett immedjat, skontir-regolamenti tal-MFA, u dan sakemm il-bordijiet kompetentijagħtu ġudizzju fuq l-allegazzjonijiet ta’ korruzjoni hawn fuq imsemmija. 

 

Illi, il-plejer Peter Buttigieg, qiegħed jiġi sospiżtemporanjament minn kull attivita’ ta’ futbol b’effett immedjat, skontir-regolamenti tal-MFA, u dan sakemm il-bordijiet kompetenti tal-MFA jagħtu ġudizzju fuq l-allegazzjonijiet ta’ korruzjoni hawn fuq imsemmija.

 

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Football Association sejipproponi lill-Kunsill tal-Assoċjazzjoni biex George Joseph Sultana, li mhux tesserat tal-Malta Football Association, ikun iddikkjarat persona non grata mill-MFA. Dan ifisser li jekk tiġi aċċettata l-proposta tal-Kumitat Eżekuttiv, Goerge Joseph Sultana, ma jkunx jista’ jinvolvi ruħu fl-ebda attivita’ tal-futbol kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex.

 

L-MFA,b’dan tinforma lill-pubbliku sportiv, li għall-fini ta’ etika u biex il-ġustizzja tieħu l-perkors tagħha mingħajr xkiel, l-ebda uffiċjal jew impjegat tal-MFA mhu sejikkumenta ulterjorament fuq dan il-każsakemm il-proċess kollu jiġi fi tmiemu.

Official Sponsors
Commercial Partners