Malta Football Association
NEWS:
Futbol tan-nisa: Malta 1 vs Bahrain 1
Mar 16, 2015
Posted in:

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa temm l-aħħar partita tal-Grupp fi draw ta' 1-1 kontra l-Bahrain. B'dan il-punt, it-tim immexxi minn Mark Gatt temm b'4 punti li sarfu fit-tieni post.

 

It-tim immexxi minn Mark Gatt fetaħ tajjeb u beda jaqsam il-logħob mal-avversarji sakemm safa gowl minn taħt fit-23 minuta. Fit-38 minuta, it-tim Malta kellu ċans tajjeb li jġib il-gowl tad-draw meta Dorienne Theuma ikkonkludiet ftit barra wara xogħol tajjeb ta' Ylenia Carabott. Iżda dan kien biss preludju tal-gowl tad-draw għax tliet minuti wara Thuema serviet ballun perfett lil Emma Xuereb li bil-kalma kollha għamlet l-iskor 1-1.

 

Malta kellhom mumenti tajbin ħafna fit-tieni taqsima u l-aħjar ċansijiet ġew permezz ta' Theuma meta freekick tagħha fit-52 minuta ġie milqugħ mill-gowlkiper avversarju u xutt ieħor ftit sekondi wara spiċċa ftit għoli. Fit-78 minuta Brenda Borg tat ballun tajjeb 'il quddiem, Kelly Agius Pace tefgħet fix-xibka iżda l-gowl tħassar għall-offside dubjuż.

 

Fl-aħħar żewġ minuti, il-Maltin setgħu rebħu l-konfront meta minn corner ta' Theuma, daqqa ta' ras ta' Borg għaddiet ftit barra mil-lasti avversarja u eżatt wara, xutt ieħor ta' Theuma spiċċa ftit barra.

 

It-tim Malti lagħab b'din il-formazzjoni:

 

Janice Xuereb, Gabriella Zahra (Kelly Agius Pace), Rosalie Cauchi (Yasmeen Vella), Stephanie Farrugia, Dorienne Theuma, Ylenia Carabott, Rachel Cuschieri (Martina Borg), Shona Zammit (Mandy Debono), Jade Flask, Brenda Borg


Official Sponsors
Commercial Partners