Malta Football Association
NEWS:
Stqarrija dwar l-inċidenti fil-partiti tal-futbol
Mar 16, 2015
Posted in:

 

Il-Malta Football Association,fid-dawl tal-aħħar inċidenti li seħħew f’diversi partiti tal-futbol, permezz ta’ din l-istqarrija tikkundanna kull tip ta’ abbuż u vjolenza f’partiti mill-kompetizzjonijiet domestiċi organizzati mill-istess Assoċjazzjoni u minn assoċjazzjonijiet oħra membri tagħha.  

 

Kull tip ta’ agressjoni fuq uffiċjali tal-logħba, amministraturi u plejers imur kontra l-valuri tal-logħba tal-futbol ugħaldaqstant mhux se jkun ittollerat l-ebda tip ta’ abbuż fiziku jew verbali fil-konfront ta’ dawk li b’xi mod jipparteċipaw fl-avvenimenti sportivi domestiċi.

 

Il-Malta FA, hekk kif dejjem għamlet fil-passat, se tkun qed tieħu l-passi dixxiplinari neċessarji kollha fil-konfront tal-aggressuri biex issir ġustizzja u biex il-logħbiet ikunu milgħuba fi spirtu sportiv.

 

L-MFA u l-membri kollha tagħha jqisu r-rispett bejn il-plejers, l-amministraturi, il-partitarji u l-uffiċjali tal-logħba bħala priorita’ u għalhekk kulħadd għandu jerfa’r-responsabbiltàgħal kull aġir irresponsabbli u li jmur kontra dan il-prinċipju mħaddan mill-familja kollha tal-futbol.


Official Sponsors
Commercial Partners