Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: Vella jsejjaħ l-iskwadra proviżorja
Mar 18, 2015
Posted in:

Silvio Vella, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena, sejjaħ l-iskwadra proviżorja għaż-żewġ partiti ta' ħbiberija li t-tim nazzjonali Malti se jilgħab kontra Birkirkara FC u kontra t-tim tal-Primavera ta' Catania FC fit-28 u l-31 ta' Marzu rispettivament.

 

It-tim nazzjonali se jipprepara għal dawn iż-żewġ partiti b'ġimgħa sħiħa ta' taħriġ bejn it-23 u 27 ta' Marzu. It-taħriġ jibda kuljum fis-6.00pm.

 

Is-Sibt 28 ta' Marzu, it-tim nazzjonali jilgħab partita ta' ħbiberija fit-training grounds ta' Ta' Qali kontra Birkirkara FC. 

 

It-tnejn 30 ta' Marzu, it-tim nazzjonali jmur jumejn fi Sqallija, f'Catania, fejn hemmhekk, l-għada, jilgħab partita ta' ħbiberija oħra f'Torre Del Grifo kontra t-tim tal-Primavera ta' Catania FC.

 

Dawn iż-żewġ partiti se jservu ta' tħejjija għall-partiti validi mill-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena li jibdew f'Ġunju li ġej.


 

L-iskwadra proviżorja li sejjaħ Silvio Vella hi:

 

 

Isem Klabb
Gowlkipers  
Borg Jurgen Hibernians FC
Cini Yenz Gudja United FC
Calleja Cremona Matthew Floriana FC
Schranz Philip Melita FC
Difensuri  
Arab Samir Balzan FC
Attard Cain Pieta' Hotspurs FC
Briffa Emanuel Floriana FC
Mckay Godwin Balzan FC
Micallef Karl Pieta' Hotspurs FC
Johnson Michael St. Andrews FC
Zerafa Daniel St. George's FC
Midfielders  
Agius Terence Balzan FC
Bezzina Johann Hibernians FC
*Borg Conor Floriana FC
Brincat James Mosta FC
*Camenzuli Ryan Birkirkara FC
Cesare Kyle Pieta' Hotspurs FC
Cremona Llewelyn Valletta F.C.
Guillaumier Matthew St. Andrews FC
Muscat Brandon St. George's F.C.
Attakkanti  
Degabriele Jurgen Hibernians FC
*Mbong Joseph Hibernians FC
Montebello Luke Zebbug Rangers FC
Zammit Kurt Birkirkara FC


L-istaff kollu hu:

 

 

Vella Silvio National U/21 Coach
Vella Ronald Assistant Coach
Abela Jesmond Team Manager
Buttigieg Mark Physical Trainer
Psaila Matthew Dr Team Doctor
Vella Sandro Physiotherapist
Ancilleri Aaron Masseur
Ciantar Frank Kit Manager
Attard Mark Media Officer 
Official Sponsors
Commercial Partners