Malta Football Association
NEWS:
Taħt is-16-il sena: Malta 1 vs Polonja 3
Mar 19, 2015
Posted in:
Ritratti Domenic Aquilina
Ritratti Domenic Aquilina

  • Ritratti Domenic Aquilina

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-16-il sena, ingħaqad u lagħab l-ewwel partita tiegħu minn din il-kategorija kontra l-Polonja, fis-Centenary Stadium, u ħareġ tellief bl-iskor ta' 3-1.

 

Għall-plejers tagħna, din kienet esperjenza ġdida fil-ħajja tagħhom u wieħed ma stenniex ħafna minn tim bi plejers li għadhom qegħdin jiskopru lil xulxin.

 

Iżda x-xogħol ta' Sergio Soldano deher u mhux ftit. Anki jekk teknikament u fiżikament għadna lura, din l-iskwadra nazzjonali tal-inqas uriet il-ħeġġa u d-determinazzjoni li jibqgħu jiġġieldu għal kull ballun sat-tisfira finali.

 

Il-Pollakki, anki jekk f'din il-kategorija, mhux xi tim ġdid. Lagħbu diversi partiti u fosthom rebħu anki lill-Olanda f'partita oħra ta' ħbiberija. 

 

Il-gowl tal-Maltin ġie skurjat fit-tieni taqsima minn Miguel Mifsud.

 

Iż-żewġ naħat jerġgħu jiltaqgħu l-Ġimgħa fis-6.00pm, fis-Centenary Stadium, għall-partita ta' ħbiberija oħra.

 

Sergio Soldano beda l-partita b'din il-formazzjoni:

 

Craig Abdilla (Justin MIcallef), Mark Fenech (Malcolm Vella Vidal), Gary Camilleri (Miguel MIfsud), Jeremy Busuttil (Julian Camilleri), Zachary Grech, Luca Gatt (Gianluca Bugeja), Svein Bartolo, Jurgen Grech (Jan Busuttil), Omar Elouni, Neil Frendo, Kyle Gatt (Kurt Shaw).


Official Sponsors
Commercial Partners