Malta Football Association
NEWS:
Taħt is-16-il sena: Malta 0 vs Polonja 3
Mar 20, 2015
Posted in:

  • Ritratti: Joe Borg

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-16-il sena kellu telfa oħra ta' 3-0 kontra l-istess tim tal-Polonja fit-tieni partita ta' ħbiberija f'inqas minn jumejn kontra l-istess tim.

 

Il-partita bdiet fis-6.00pm u ntlagħbet fis-Centenary Stadium.

 

It-tim immexxi minn Sergio Soldano kellu l-mumenti tajbin tiegħu iżda s-saħħa tal-Pollakki bdiet ħierġa aktar ma għadda l-ħin.

 

Madankollu, dawn iż-żewġ partiti servew ta' esperjenza għall-partiti oħra li jista' jkollu dan it-tim fil-futur minn din il-kategorija u oħrajn.

 

It-tim Malti beda b'din il-formazzjoni:

 

Justin Micallef, Mark Fenech, Zachary Grech, Jeremy Busuttil (Jan Busuttil), Clivert Sciberras, Jurgen Grech, Svein Bartolo (Miguel Mifsud), Owen Magro (Redeemer Attard), Omar Elouni, Neil Frendo (Nathan Lee Azzopardi), Kyle Gatt (Neil John Cutajar)


Official Sponsors
Commercial Partners