Malta Football Association
NEWS:
Stqarrija
Mar 21, 2015
Posted in:

 

Il-Malta Football Association, permezz ta’ din l-istqarrija, tagħmel referenza għall-istqarrija tal-Malta Football Players Association, tat-Tlieta 17 ta’ Marzu 2015. L-MFA tinnota b’sodisfazzjonli l-MFPA irrikonoxxiet li l-proċess tal-liċenzjar ta’ St. George’s FC fl-istaġun 2013/14 kien wieħed korrett u li ma kienx hemm nuqqas ta’ dokumenti, kif ukoll li l-‘LS Form’ li ntużat fil-każtal-plejer Emanuel Sevasta,ma kinitx ippreżentata fl-MFA minn St. George’s FC fid-9 ta’ Frar li għadda, iżda fit-30 ta’ Mejju 2013.


 

Madankollu,l-MFA tinsab iddiżappuntata ferm li l-allegazzjonijiet li l-MFPA għamlet fil-konfront tal-uffiċjali u l-impjegati tal-MFA likienu fis-sentenzi:“hemm konfoffa bejn klabbs u uffiċjali tal-MFA fuq Bord li suppost imparzjali, biex jidħku bil-plejers u jgħawġu l-ġustizzja sportiva,” u kif ukoll: “li twettaq xi ingann min-naħa tal-MFA”, u dawn baqgħu ma ġewx irtirati.

 

Fl-opinjoni tal-MFA, dan l-aġir min-naħa tal-MFPA hu inaċċettabbli. L-MFA stenniet, li b’ġest ta’ responsabbiltà min-naħa tal-MFPA, ladarba taf li għamlet żball oħxon, l-Assoċjazzjoni tal-plejers taċċetta l-iżball li għamlet, tirtira l-allegazzjonijiet inġurjużi tagħha,u titlob apoloġija lil dawk il-persuni li hi ħammġet b’mod irresponsabbli u mingħajr ma qieset il-konsegwenzi tat-tali azzjoni. Ħaġa,li sal-lum l-MFPA għadha m’għamlitx.

 

Għaldaqstant,l-MFA qiegħda minn issa tagħmilha ċara li sakemm l-MFPAtirtira dawn l-allegazzjonijiet u fuq kollox titlob apoloġija għal aġir irresponsabbli tagħha, l-uffiċjali kollha tal-MFA qegħdin b’effett immedjat jissospendu kull komunikazzjoni eżistenti mal-MFPA, inkluż konsultazzjonijiet, ta’ kwalunkwe tip, mal-uffiċjali ta’ din l-Assoċjazzjoni.

 

Għar-rigward tat-talba tal-MFPA biex l-MFA tinvestiga l-aġir tas-Segretarju tal-Complaints Board, l-MFA tinsab sodisfatta bl-operat tal-istess Segretarju. L-MFA tħoss li mhux kompitu tal-MFPA li tara minn fejn jiġu l-provi f’każijiet quddiem il-Bordijiet tal-MFA b’mod partikolari meta dawn il-provi jikxfu l-verita’.

 

L-MFA tistqarr li m’hijiex kuntenta li kellha tieħu din l-azzjoni,iżdamadankollu ma tistax tibqa’ passiva għall-aġir skorrett tal-MFPA. Aktar minn hekk,id-dispjaċir joħroġmill-fatt ukoll li tul dawn l-aħħar snin,l-MFPA dejjem sabet sostenn min-naħa tal-MFA u għalhekk ma tistax tifhem għalfejn sar dan l-attakk inġust fil-konfront tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol.

 

Għalhekk,għaldarb’oħra,qed isir appell għas-sens komun tal-uffiċjali tal-MFPA biex jiġu rtirati minnufih l-allegazzjonijiet malafamanti li saru fil-konfront tal-uffiċjali u tal-impjegati tal-MFA.

 

 

L-amministrazzjoni

Malta Football Association

Official Sponsors
Commercial Partners