Malta Football Association
NEWS:
Nisa ta’ Taħt 16-il sena: Knock Out
Mar 23, 2015
Posted in:
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

 

Il-Ħadd 22 ta’ Marzu, fil-grawnd tal-Għargħur, intlagħbu t-tliet kwarti ta’ finali li kien għad fadal minn din il-kompetizzjoni f’dan l-istaġun.


 

Fl-ewwel partita, Hibernians għelbu lil Kirkop bl-iskor ta’ 1-0 u fit-tieni kwarti ta’ finali, Għawdex urew is-saħħa tagħhom u għelbu lil Pembroke bl-iskor ta’ 4-0. L-istess għamlu l-Imġarr li għelbu lil Luxol 4-1.

 

Hibernians, Gozo u Mġarr, issa jingħaqdu mal-Mosta li fil-jiem li għaddew għelbu lil Tarxien 2-1 fil-ħin barrani.

 

Il-kompetizzjoni tan-Knock Out ta’ taħt is-16-il sena tan-nisa kienet bdiet mir-rawnd preliminari meta Gozo għelbu lil Birkirkara 2-1 u Luxol għelbu lil Hamrun 3-1.

 

Fis-semifinali, li jintlagħbu fit-12 ta’ April, Hibernians jilgħabu kontra Mġarr u Mosta jilgħabu kontra Għawdex.

 

Il-finali tintlagħab fid-19 ta’ April.

 

Il-partiti jintlagħbu kollha fil-grawnd tal-Għargħur.

Official Sponsors
Commercial Partners