Malta Football Association
NEWS:
Partita ta' ħbiberija: Ġorġja 2 vs Malta 0
Mar 25, 2015
Posted in:

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

It-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Pietro Ghedin kellu wirja tajba fil-Michael Meskhi Stadium, fi Tbilisi, iżda tilef bi skor ta' 2-0 kontra l-Ġorġja f'partita ta' ħbiberija li ntlagħbet illejla.

 

Il-Ġorġjani skurjaw fis-86 minuta minn gowl ċar li kellu jitħassar għal mod kif il-captain tal-Ġorġja Kankava għolla jdejh u antiċipa l-ħarġa ta' Haber biex il-ballun spiċċa fix-xibka. Gowl li bħal donnu kulħadd ra li kien handsball ċar, minbarra r-referee tal-partita, Alexandrs Anufrijevs tal-Latvja. 

 

Sa dak il-ħin, Malta kienu qed jilagħbu sew u jiddefendu bil-għaqal. Ippruvaw joħolqu xi kontrattakk tant li fil-75 minuta, Steve Borg ta ballun tajjeb lil Alfred Effiong li ħarab jiġri u minn quddiem il-gowlkiper ra x-xutt finali tiegħu jaħbat mal-wieqfa.

 

Il-Ġorja għalqu l-konfront fil-91 minuta meta Qazaishvili rċieva ballun tajjeb fil-kaxxa, u spara xutt fil-baxx li għeleb lil Haber.

 

It-tim Malti lagħab b'din il-formazzjoni:

 

Haber, Caruana, Bezzina, Borg (Camenzuli), Agius, Farrugia (Effiong), Cohen, Muscat, Schembri, Camilleri (Muscat), Kristensen (Scerri).


Official Sponsors
Commercial Partners