Malta Football Association
NEWS:
"Il-Ġorġja se jkun it-tim tal-futur" - Ghedin
Mar 26, 2015
Posted in:
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali Malti, ftit ħin wara t-tmiem tal-partita tal-bieraħ kontra l-Ġorġja fi Tbilisi, qal li Malta lagħbet kontra tim mimli plejers żgħażagħ u li dan se jkun it-tim tal-futur Ewropew.

 

"M'hemmx dubju li Ġorġja għandhom l-aqwa plejers bejn iż-żeweġ naħat. Se jkun it-tim Ewropew tal-futur. Iddiżappuntat bir-riżultat. Il-fortuna kienet kontrina."

 

Il-konferenza stampa saret fil-Mikheil Meskhi Stadium, il-post fejn intlagħbet il-partita li Malta tilfet 2-0 kontra l-Ġorġja. Malta tilfet 2-0, b'żewġ gowls li waslu fl-aħħar minuti tal-partita, bl-ewwel wieħed li jidher ċar li kien handsball.

 

Ghedin qal li, "Kuntent bil-prestazzjoni. Sal-85 minuta konna tajjeb ħafna. Tlifna 2-0 imma ma kienx ħaqna. It-tnejn ilqatna l-lasti u 0-0 kien ikun l-aktar riżultat ġust."

 

Il-kontinġent Malti telaq dalgħodu fid-9.00am f'titjira diretta lejn Baku, fl-Azerbaijan fejn is-Sibt jilgħab partita valida mill-Grupp H ta' Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej, Franza 2016.


Official Sponsors
Commercial Partners