Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: L-iskwadra titlaq lejn Catania
Mar 30, 2015
Posted in:
Ritratt: Domenic Aquilina
Ritratt: Domenic Aquilina

  • Ritratt: Domenic Aquilina

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena, dalgħodu kmieni ħalla Malta f'titjira diretta lejn Catania. It-tim immexxi minn Silvio Vella, għada se jkun qiegħed jilgħab partita ta' ħbiberija kontra t-tim tal-Primavera ta' Catania FC, f'Torre Del Grifo.

 

Is-Sibt, it-tim nazzjonali lagħab partita ta' ħbiberija fit-training grounds ta' Ta' Qali kontra Birkirkara FC, partita li ntrebħet 1-0 mit-tim ta' Paul Zammit.

 

Il-kontinġent Malti ħalla pajjiżna ftit wara s-6.00am ta' dalgħodu f'titjira li se tieħu ftit inqas minn siegħa.

 

Illum fl-4.00pm, it-tim nazzjonali jkollu sessjoni ta' taħriġ qabel għada jilgħab il-partita ta' ħbiberija fl-istess ħin.

 

Il-kontinġent jiġi lura għada tard filgħaxija.

 

Il-lista tal-plejers li sejjaħ Silvio Vella u l-kontinġent sħiħ li mar f'Catania huma:


Arab Samir (Balzan FC), Attard Cain (Pieta' Hotspurs FC), Bezzina Johann (Hibernians FC), Borg Conor (Floriana FC), Borg Jurgen (Hibernians FC), Briffa Emanuel (Floriana FC), Brincat James (Mosta FC), Calleja Cremona Matthew (Floriana FC), Camenzuli Ryan (Birkirkara FC), Cesare Kyle (Pieta' Hotspurs FC), Cini Yenz (Gudja United FC) Cremona Llewelyn (Valletta FC) Guillaumier Matthew (St. Andrews FC), Johnson Michael (St. Andrews FC), Mbong Joseph (Hibernians FC), Mckay Godwin (Balzan FC), Montebello Luke (Zebbug Rangers FC), Muscat Brandon (St. George's FC), Zammit Kurt (Birkirkara FC), Zerafa Daniel (St. George's FC)

 

Kap tad-Delegazzjoni: Alex Manfre'

Membru tal-Kunsill MFA: Paul Caruana

Team Manager: Jesmond Abela

Head Coach: Silvio Vella

Assistant Coach: Ronald Vella

Tabib: Dr Matthew Psaila

Fiżjoterapista: Sandro Vella

Kit Manager: Frank Ciantar

Official Sponsors
Commercial Partners