Malta Football Association
NEWS:
STQARRIJA
Mar 30, 2015
Posted in:

Il-Malta Football Associationtavża li wara investigazzjonijiet ulterjuri li saru mill-Uffiċju tal-Prosekutur, u fuq rapport tal-Prosekutur tal-MFA, ġie deċiżli mhux sejinħarġu akkuzi fil-konfront ta’ Peter Buttigieg, il-plejer ta’ Xewkija Tigers FC, dwar l-allegat involviment tiegħu f’attentat ta’ korruzzjoni fil-partita Nadur Youngsters FC vs Xewkija Tigers FC tas-7 ta’ Frar 2015.

 

Għaldaqstant, l-MFA,qiegħda tneħħi s-sospensjoni temporanja li kienet imposta fuq il-plejer Peter Buttigieg ta’ Xewkija Tigers FC.

 

L-MFA,b’dan, tinforma lill-pubbliku sportiv, li għall-fini ta’ etika u biex il-ġustizzja tieħu l-perkors tagħha mingħajr xkiel, l-ebda uffiċjal jew impjegat tal-MFA mhu se jikkumenta ulterjorment fuq dan il-każsakemm il-proċess kollu jiġi tterminat.

 


Official Sponsors
Commercial Partners