Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: Catania Primavera 1 vs Malta 3
Mar 31, 2015
Posted in:

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena kellu partita ta' ħbiberija llum fl-4.00pm, f'Torre Del Grifo f'Catania, kontra t-tim tal-Primavera ta' Catania u rebaħ bl-iskor ta' 3-1.

 

L-iskwadra ta' Silvio Vella dehret l-iktar waħda preparata f'kull dipartiment u anki jekk sfat gowl minn taħt wara ftit minuti, irnexxielha tiskurja tliet darbiet biex dawwret ir-riżultat favur tagħha.

 

Wara ħasda kmieni wara erba' minuti logħob, il-Maltin ġabu l-gowl tad-draw fit-32 minuta minn Ryan Camenzuli. L-istess Camenzuli skorja t-tieni gowl fit-72 minuta.

 

L-Isqallin għamlu reazzjoni qawwija biex jippruvaw iġibu l-gowl tad-draw iżda d-difiża ta' Malta kienet soda u qatt ma nqabdet fuq sieq waħda. Anzi, f'kontrattakk veloċi, Malta skurjat it-tielet gowl tagħha fil-ħin miżjud grazzi għal Godwin Mackay.

 

Din il-partita serviet ħafna biex it-tim nazzjonali jipprepara aħjar għall-partiti mill-Grupp tal-Kwalifikazzjoni Ewropew li jibdew f'Ġunju li ġej.

 

Silvio Vella lagħab b'din il-formazzjoni:

 

Matthew Calleja Cremona (Jurgen Borg), Samir Arab, Cain Attard (Conor Borg), Emanuel Briffa, Ryan Camenzuli, Kyle Cesare, Llewelyn Cremona (Kurt Zammit), Matthew Gullaimier, Joseph Mbong (James Brincat), Luke Montebello (Godwin Mackay), Daniel Zerafa


Official Sponsors
Commercial Partners