Malta Football Association
NEWS:
Kampanja favur ir-referees lokali
Apr 3, 2015
Posted in:
General
Referees News

Il-Malta Football Association flimkien mal-Malta Football Referees Association minn għada jingħaqdu f’inizjattiva ta’ rispett lejn l-uffiċjali tal-loghba.

 

Ir-referees lokali kollha ta' Malta tal-MFA u anki tal-għaqdiet kollha membri magħha, minn għada 4 ta' April sal-10 ta' April, se jilbsu flokk oranġju qabel kull partita bil-kliem "No Referees No Sport - Respect".

 

B'din il-kampanja, l-MFA u l-MFRA jappellaw lil kulħadd biex iġib rispett lejn l-uffiċjali li jikkontrollaw kull sport u mhux biss il-futbol.

 

L-MFA tappella li fl-isport kollu tirrenja l-fair play u r-rispett lejn id-deċiżjonijiet tal-uffiċjali tal-partita.


Official Sponsors
Commercial Partners