Malta Football Association
NEWS:
L-MFA sodisfatta bl-aħħar stqarrija tal-MFPA
Apr 27, 2015
Posted in:

Il-Malta Football Association tavża li tinsab sodisfatta bl-aħħar stqarrija tal-Malta Football Players Association fejn ġew irtirati l-allegazzjonijiet malafamanti li kienu saru kontra l-uffiċjali u l-impjegati tal-MFA fil-każ ta’ St. George’s FC u l-plejer Manuel Sevasta.

 

Għaldaqstant, l-MFA, mil-lum, qiegħda tirtira kull sospensjoni ta’ komunikazzjoni li kien hemm bejn iż-żewġ naħat u tavża li l-kwistjoni ġiet solvuta.

 

L-MFA tirringrazzja lill-uffiċjali kollha tal-MFPA u tħeġġeġ lil kulħadd biex dejjem ipoġġi l-interess tal-futbol Malti, l-ewwel.


Official Sponsors
Commercial Partners