Archives

Gatt u Pagani f’fuljett tal-FIGC

Published: 28-04-2015 15:50
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
Robert Gatt, id-Direttur Tekniku u Luca Pagani, il-Preparatur Atletiku, tal-MFA, ingħataw spazju fil-fuljett tal-FIGC fuq studju li kienu għamlu fuq il-Kampjonat BOV Premier ta’ Malta. Matul l-istaġun li għadda (2013/14), Gatt u Pagani għamlu analiżi teknika, tattika u fiżika fuq 12-il partita tal-Kampjonat Malti li minnhom ħarġu l-aktar punti tattiċi, tekniċi u fiżiċi. Dan kollu wassal biex isir ktejjeb żgħir fuq ix-xogħol ta’ Gatt u Pagani li issa qed jiġi diskuss mal-kowċis u l-istaff tagħhom tal-klabbs tal-Kampjonat tal-BOV Premier ta’ Malta. Għaldaqstant, is-Settur Tekniku tal-FIGC iddeċieda li jippubblika x-xogħol li japprezza x-xogħol li għamlu Gatt u Pagani tant li ngħataw din il-prominenza.