Archives

Youth League C: Zejtun Corinthians FC Champions

Published: 29-04-2015 10:00
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
Zejtun Corinthians FC huma ċ-Champions il-ġodda tal-Kampjonat Youth League C. Huma lagħbu l-aħħar partita tal-kampjonat ilbieraħ filgħaxija fis-Siggiewi Ground u rebħu lil Zurrieq FC bl-iskor ta' 6-1. B'hekk huma temmew il-kampjonat fl-ewwel post, segwieti minn Vittoriosa Stars FC. It-tnejn li huma ġew promossi fil-Youth League B għall-istaġun li ġej. Minn 18-il partita, iż-Żwieten rebħu 15, ġew draw fi tnejn u tilfu waħda għal total ta' 47 punt. Rodney Pisani, Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA, ippreżenta t-trofew u l-midalji lil Zejtun Corinthians FC, wara li ntemmet il-partita.