Malta Football Association
NEWS:
L-MFA tagħti l-appoġġ lil Skolasport
May 5, 2015
Posted in:

Il-Malta Football Association qed tagħti l-appoġġ tagħha lil SkolaSport f’kowċis biex jagħtu sessjonijiet u appoġġ organizzattiv. Luca Pagani, il-preparatur atletiku tat-tim nazzjonali Malti, qed imexxi dawn il-lezzjonijiet.

 

Fl-aħħar tliet ġimgħat, il-kowċis fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA ħadmu fuq gruppi minn Form 1, Form 2 u Form 3 u speċifikaw fuq l-aġilita’, is-saħħa u l-metaboliżmu.

 

Dawn it-testijiet saru fil-bidu tas-sena, bejn Settembru u Ottubru u bħalissa, bejn April u Mejju.

 

L-objettiv hu:

1.       Tinħoloq bażi ta’ informazzjoni fiżika biex ikollhom informazzjoni fuq kull persuna. Għal dawk l-istudenti tal-Form 3, l-informazzjoni fuqhom ilha tinżamm tliet snin.

 

2.       Ikollhom informazzjoni biżżejjed li tista’ tgħin biex issaħħaħ it-taħriġ.

 

3.       Ikollhom l-informazzjoni kollha tal-individwi li tista’ tosserva it-trends pożittivi u negattivi fuq kull student

 

George Micallef, hu l-Kap ta’ SkolaSport mentri Paul Zammit hu l-kordinatur.


Official Sponsors
Commercial Partners