


Dalgħodu, fis-sala tal-konferenzi tal-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali, ittellgħu l-poloz tal-FA Trophy sponsorizzata minn Attian Group Ltd.
Hibernians FC, iċ-champions tal-Kampjonat BOV Premier, se jilagħbu kontra Qormi FC, il-Ħadd 17 ta' Mejju fil-5.00pm mentri ġurnata qabel, is-Sibt 16 ta' Mejju, tintlagħab l-ewwel semifinali bejn Birkirkara FC u Valletta FC, fl-istess ħin.
Jekk iż-żewġ partiti jintemmu fi draw, jintlagħab il-ħin barrani u eventwalment jingħataw il-penalties biex jiġu deċiżi l-finalisti.
Il-finali tintlagħab is-Sibt 23 ta' Mejju fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali u tibda fil-5.00pm.
Fis-sigħat li ġejjin, l-MFA se tavża aktar dwar l-istruzzjonijiet tagħha u tal-Pulizija ta' Malta.
