


Mark Attard, Media Officer
Bħalissa, il-membri tal-Kunsill tal-MFA jinsabu f'mument qasir ta' pawża qabel ma jerġgħu jidħlu fil-kamra biex tibda d-diskussjoni finali dwar il-Players Status Reform.
Waħda mit-temi diskussa minn kulħadd hi bla dubju d-deċiżjoni dwar jekk il-klabbs tal-Kampjonat Premier ikunux jistgħu jutilizzaw seba' plejers barranin fl-iskwadra tagħhom mill-istaġun li ġej.
Wara d-diskussjoni, il-kamra se tmur għall-vot.
Dan is-sit se jaġġornakom bir-riżultat tal-vot u fis-sigħat li ġejjin jippubblika rapport dettaljat dwar il-Laqgħa.
