Malta Football Association
NEWS:
Player Status Reform - Vot b'saħħtu u unanimu favur
May 13, 2015
Posted in:
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

Mark Attard, Media Officer

 

Proprju ftit tas-sekondi ilu, il-kamra tal-Kunsill tal-MFA ivvutat favur il-mozzjoni dwar ir-regolamenti l-ġodda tal-MFA li għaddew b'vot unanimu u b'saħħtu. 

 

Il-membri tal-Kunsill tal-MFA kellhom votazzjoni oħra u vvutaw dwar mozzjoni mressqa minn Mario Debono, membru tal-Kunsill f'isem Sliema Wanderers, issekondata minn Michael Cutajar, membru tal-Kunsill f'isem St. George's, li mozzjoni li l-parametri fl-ewwel sena tal-plejer li jkun irid jinbiegħ jonqsu b'50% u tieni sena jonqsu b'25%. 

 

Il-riżultat kien ta' żewġ voti kontra, 6 voti ta' astjenenza u l-kumplament favur.

 

Fi tmiem il-laqgħa, Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA irringrazzja lil dawk kollha li emmnu f'dawn ir-regolamenti li fl-opinjoni tiegħu se jkunu ta' ġid kbir għall-futbol Malti. Darmanin Demajo faħħar ix-xogħol kbir li għamel Dr Chris Bonett, Viċi President, biex kien protagonist f'dawn ir-riformi l-ġodda.

 

Il-messaġġ finali tal-President kien wieħed ta' kuraġġ lejn il-klabbs kollha Maltin u qal li jinsab konvint li din hi t-triq 'il quddiem għal ġid tal-livell tal-logħba Maltija u taż-żgħażagħ Maltin li sal-bieraħ kienu qegħdin jintilfu, mblukkati fi klabb u ma jistgħux jiċċaqalqu. Hu temm il-laqgħa billi feraħ lil kulħadd u għamel il-kuraġġ lill-amministraturi kollha li jmexxu l-klabbs u lill-futbol Malti.

 

Fis-sigħat li ġejjin, dan is-sit se jaġġornakom b'aktar dettalji.


Official Sponsors
Commercial Partners