Malta Football Association
NEWS:
“Il-membri tal-kunsill kienu protagonisti” – Vassallo
May 13, 2015
Posted in:
Ritratt: Joe Borg
Ritratt: Joe Borg

Mark Attard, Media Officer

 

“Ma bżajnix nibdlu u l-kunsill kien protagonist fi trasformazzjoni vitali. Illum inħossni ferħan ħafna li anki jekk mhux kulħadd qabel magħna fil-bidu, irnexxielna biex il-vot tal-lum kien wieħed b’saħħtu u unanimu.”

 

Dawn kienu l-ewwel kliem li qal Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA, f’konferenza stampa ftit minuti wara li ntemmet il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-MFA, fejn fiha ġew approvati b’vot b’saħħtu u unanimu r-regolamenti l-ġodda tal-Players Status Reform.


 

“Matul dawn l-aħħar sentejn, l-inqas li tkellmet kienet l-MFA biex sal-ġurnata tal-lum ma jkollnix sitwazzjonijiet li jeskalaw għal fejn għandnau xtaqna naslu. L-iktar ħaġa diffiċli kienet għall-MFAgħax quddiemnafil-kamra jkollna nies u ma tafx min minnhom hu favurik u kontrik. Din kienet wegħda tal-President li ried ibiddel dak li kien staġnat għal ħafna snin. Infaħħarl-Assoċjazzjoni li ma bezgħatx tbiddel u lill-Kunsill li kienu protagonist fi trasmormazzjoni vitali.”

 

Vassallo semma ż-żmien ta’ meta hu stess kien wieħed mill-membri tal-Kunsill tal-MFA.

 

“Ninsab sodisfatt li meta nħares lura sa qabel l-2007 meta jien kont fuqil-bankijiet tal-Kunsill meta l-kamra kienet tkun ostili għal ċertu bidliet u għalhekk illum ma nistax ma nfaħħarx il-mod kif f’perjodu ta’żmien bidlu l-mod ta’ kif jaħsbu u li qablu ma’ affarijiet li jagħmluġid lill-futbol tagħna.

 

“Fil-bidu ma kienux l-aktar proposti popolari u dan kollu xorta ġab appoġġ totali mill-membri. Ċert li fit-tul dak kollu li vvutaw għalih illum se jħalli ġid kbir. Iddisketjna affarijiet li qatt ma kienu jkunu diskussi. Kellna l-kuraġġ nidħlu u ngħidu li l-governanza għandha tinbidel u n-nies segwewna. Grazzi ħafna,” temm Vassallo.

 

 

“L-aktar mument sinifikanti fil-presidenza ta’ Darmanin Demajo” – Dr Chris Bonett

 

“Dan kien l-aktar mument sinifikanti fil-Presidenza ta’ Darmanin Demajo. Ridna nieħdu l-futbol Malti f’dinja aktar professjonali bħal ta’ barra. Illum il-futbol sar industrija b’saħħitha kullimkien u ma stajnix nibqgħu b’regoli ta’ 40 sena ilu.”

 

Dan qalu Dr Chris Bonett, Viċi President tal-MFA, f’konferenza stampa li saret wara l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-lum wara nofsinhar.

 

Bonett wera sodisfazzjon kbir għal mod kif il-klabbs irrispondew għal ħafna proposti li kiteb hu u għaldaqstant ma seta ma jfaħħarx il-mod kif f’dawn l-aħħar sentejn ġie milqugħ minn kulħadd anki jekk mhux neċessarjament dejjem qabel f’kollox.

 

“Bdejna billi għidna li l-klabbs m’għandhom xejn u allura bdiet issir l-infrastrututa. Kif lestjna dik dorna fuq l-infiq tal-klabbs u grazzi għall-għajnuna tal-Gvern, ħloqna pakkett għall-klabbs biex inkunu ċerti li min jidħol għal xi post f’xi amministrazzjoni ta’ klabb ma jġibx lill-istess klabb f’xi sitwazzjoni prekarja fil-futur. Issa l-infiq sar ikkontrollat.”

 

Bonett qal li l-MFA diġa’ tkellmet ma’ Chris Agius, Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport fejn qal li se jkun qiegħed jgħin fuq il-fatt li l-klabbs isiru ‘self sufficient’ u li flimkien se jaħdmu rigward dan kollu.

 

“Issa jmiss it-tielet pass u rridu naħdmu fuq l-amministrazzjoni tal-klabbs biex ma jibqgħux niddependu fuq xi ‘sugar daddy’. Ma jistgħax ikun li klabb ikollu xi persuna li jdaħħal idu fil-but u joħroġ il-flus personali. Irridu nagħmlu l-klabbs b’saħħithom biżżejjed. Tkellimna mal-Onorevoli Chris Agius u qalilna li sal-bidu tas-sajf li ġej se nibdew niddiskutu dan kollu,” temm Dr Bonett.

Official Sponsors
Commercial Partners