

NEWS:

Il-Malta Football Association tavża li ċ-Ċentru tekniku tal-MFA se jorganizza Physical Trainer Course Level 1.
Kull min hu interessat li jinkiteb għal dan il-kors għandu jagħmel dan fiċ-Ċentru Tekniku f’Ta’ Qali sal-aħħar ta’ dan ix-xahar jew iċempel fuq 23386353 u jistaqsi għal Joe Mallia.
L-applikazzjonijiet jiġu aċċettati biss minn dawk li għandhom il-liċenzja Uefa B tal-kowċing, minn dawk li għandhom degree fl-edukazzjoni fiżika mal-kors CYF jew li għandhom degree fil-fiżjoterapija mal-kors CYF.
