Malta Football Association
NEWS:
Dr Chris Fearne iżur il-klinika tal-MFA
May 15, 2015
Posted in:
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

 

Dr Chris Fearne, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-Saħħa, dalgħodu għamel żjara fil-klinika tal-Fiżjoterapija li l-Malta Football Association għandha fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.


Permezz ta' din il-klinika,l-MFA qed tespandi l-impenn tagħha u tiftaħaktar l-orizzonti kummerċjali utkompli mhux biss għaddejja bil-ħidma tagħha għal-ġid tal-futbol Malti, iżda toffri wkoll servizz lil dawk l-atleti li jipprattikaw sports differenti u li jistgħu jiġu bżonn is-servizzi li toffri din il-klinika.


 

Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA, wera s-sodisafazzjon tiegħu li din il-klinika qiegħda tkun utli mhux biss għall-plejers tal-futbol lokali u atleti oħra, iżda għall-poplu Malti u Għawdxi kollu anki jekk mintix neċessarjament parti minn xi sport.

 

“Permezz ta’ din il-klinika għamilna avvanzi kbar f’dak li hu aspett mediku. Matul l-aħħar ġimgħat l-MFA investiet fl-MRI u għamlet dan għal kulħadd. Konna deċiżi li nagħmlu dan u filwaqt li nagħmlu dan, ridna naċċertaw li jkun bi prezz raġjonevoli għal kulħadd. Se nkomplu naħdmu fuq dan kollu u biex nakkomodaw kemm jista’ jkun atleti u nies oħra li jiġu bżonn is-servizzi tagħna,” qal Vassallo.


Dil-klinika tħabbatha sew ma' ċentri ta' dan it-tip barra minn Malta u hi armatabl-aktar teknoloġija moderna, li tgħin mhux ftit biex tħaffef il-proċess tar-rijabilitazzjoni u tgħin lill-atleti biex jirkupraw aktar malajr minn problemi fiżiċi li jista’jkollhom.

L-investiment tal-MFA kien sostanzjali fl-aħħar xhur biex ittejjeb u żżid is-servizzi li toffri l-klinika medika. F'dan il-post,li huwa miftuħukoll għall-pubbliku in ġenerali, wieħed issa jista’jinqeda wkoll minn servizz ta' MRI speċifiku għall-ispalla, l-minkeb u l-pala tal-id u kif ukoll għall-irkoppa u l-għakiesi bi prezzijiet vantaġġużiħafna. B'hekk,kull individwu, sew jekk atleta u sew jekk le, illum għandu klinika li toffri servizz komplut minn konsultazzjoni medika għall-fiżjoterapija, rijabilitazzjoni u aktar. Dan l-investiment wassal ukoll biex jiżdied in-numru ta’ impjegati li jaħdmu f’din il-klinika.

 

Dr Chris Fearne, Segretarju Parlamentari responsabbli mill-qasam tas-Saħħa, qal li jinsab sodisfatt bl-investiment li għamlet l-MFA. Qal li l-mediċina u dak kollu abbinat magħha qiegħda tkompli tavvanza aktar ma jgħaddi ż-żmien u faħħar ix-xogħol tal-MFA li hu mill-iktar modern għaż-żminijiet tal-lum.

 

“Jien bniedem li kont bdejt fil-professjoni tiegħi fiż-żmien meta l-Isports Medicine kien għadu jibda. Il-mediċina avvanzat ħafna u l-MFA minn dejjem kienet minn ta’ quddiem biex iżżomm mal-pass ta’ dan kollu. Konvint li b’dan l-investiment tagħkom se tkompli tgħinu lill-plejers tal-futbol ta’ Malta. Iżda mhux biss. Atleti oħra li ġejjin minn sport ieħor jistgħu jinqdew b’appart mill-iktar sofistikat u modern u ta’ dan kollu ma nistax ma nfaħħarx il-bżulija tal-MFA. Investejtu ħafna u dan jawgura tajjeb għall-poplu kollu,” qal Dr Fearne.


Barra milli toffri skema lill-Klabbs Membri tagħha li permezz tagħha dawn jibbenefikaw minn rati preferenzjali, l-MFA qed testendi din l-iskema għal benefiċċju ta' organizzazzjonjiet sportivi oħra kif ukoll għal dawk il-kumpaniji kummerċjali li jkunu nteressati.


Il-klinika hi mmexxija fuq bażi professjonali u kummerċjali taħt il-gwida ta' Dr. David Attard li għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-mediċina sportiva.

 

 

 

 

Minbarra servizz ta’ konsultazzjoni ta’ natura medika sportiva, il-klinika toffri wkoll dawn is-servizzi:

o   BIODEX (Isokinetic or Isometric functional testing & assessments);

o   Sessjonijiet ta’ fiżjoterapija;

o   TECARtherapy;

o   Rijabilitazzjoni relatata ma attivita’ sportiva, li tinkludi wkoll taħriġ fil-gym, wara li l-individwu jkun għadda minn xi operazzjoni jew problemi fiżiċi serji;

o   DijanjosiUltrasound għal problemi muskolari;

o   Taħrig sabiex wieħed jipprevjeni problemi fiżiċi waqt attivita’ sportiva;

o   Massage, u

o   Sports Taping.

 

 

Minbarra s-servizzi offruti mill-klinika, id-Dipartiment Mediku ta’ l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol regolarment jaqdi funzjonijiet oħra  fi ħdan din l-oraganizzazzjoni. Dawn jinkludu;

  • Il-ko-ordinazzjoni ta’ assistenza medika waqt il-partiti tal-kompetizzjonijiet organizzati mill-MFA;
  • Edukazzjoni medika sportiva u korsijiet fil-First Aid għall-Amministraturi u l-Coaches tal-klabbs membri u n-Nurseries tal-futbol;
  • Il-kura medika sportiva għat-timijiet nazzjonali tal-futbol fil-kategoriji varji;
  • L-implimentazzjoni ta’ programm ta’ ‘Screening’ għall-plejers tal-futbol;
  • L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ‘Anti Doping’ fil-futbol lokali u skont ir-regoli internazzjonali.

Preżenti wkoll għal din il-viżita kien hemm Dr David Attard, it-Tabib tal-MFA, Dr Luciano Busuttil, Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isports, David Agius, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Isports, Dr Chris Bonett, Viċi President tal-MFA u Ivan Mizzi, Teżorier tal-MFA

Official Sponsors
Commercial Partners